Scroll to top
Tech.mt - Malta Leading Through Innovation
Share

Sħubija


TECH.MT TILQA’ APPLIKAZZJONIJIET MINN ENTITAJIET LI JIXTIEQU JISSIEĦBU MAL-KOMUNITÀ TA’ TECH.MT, JIPPARTEĊIPAW FL-INIZJATTIVI TAGĦNA U JAPPOĠĠJAW SFORZI GĦALL-PROMOZZJONI TA’ MALTA BĦALA ĊENTRU TA’ GĦAŻLA TAT-TEKNOLOĠIJA U L-INNOVAZZJONI.
REĠISTRAZZJONI GĦALL-KUMPANIJISĦUBIJA TAL-ISTUDENTI

Għalfejn Għandek Issir Membru?

Is-sħubija ma’ Tech.mt hija miftuħa għall-entitajiet kollha li jaħdmu fi ħdan is-settur tat-teknoloġija u għal entitajiet li għandhom uffiċċju ta’ teknoloġija jew innovazzjoni speċjalizzat fi ħdan l-entità tagħhom.

 

Kif Tapplika għall-Isħubija

  1. Imla l-formola ta’ reġistrazzjoni hawn isfel
  2. Is-sħubija tiegħek ser tiġi mistħarrġa minn Tech.mt qabel ma tiġi approvata
  3. Idħol fil-kont tiegħek sabiex taċċessa l-portal tal-membri
  4. Lesti l-profil tiegħek
  5. Ivverifika l-elenkar tiegħek fid-direttorju
Tech.mt - Attira sħab tan-negozju potenzjali

IS-SĦUBIJA MA’ TECH.MT TOFFRI DIVERSI OPPORTUNITAJIET SABIEX TAGĦMEL KUNTATTI, TIKBER, U TAPPOĠĠJA N-NEGOZJU TIEGĦEK.

Benefiċċji tas-Sħubija

01.

Elenkar fid-Direttorju tan-Negozji

Ikollok il-profil tal-kumpanija tiegħek flimkien mal-logo u d-dettalji ta’ kuntatt fuq id-direttorju ta’ sħubija online ta’ tech.mt, inkluż ħolqa għas-sit web tiegħek. Dan id-Direttorju sejjer jiġi espost f’kull avveniment li Tech.mt tipparteċipa fih, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Il-kumpaniji elenkati fid-direttorju ta’ Tech.mt sejrin jibbenefikaw minn rati komplementari/speċjali għal avvenimenti magħrufa madwar id-dinja li Tech.mt tipparteċipa fihom/tattendi.

02.

Opportunitajiet għal Avvenimenti Internazzjonali

Opportunitajiet regolari biex tattendi avvenimenti bħala delegat u tkun f’pożizzjoni li tesponi d-ditta tiegħek fuq ix-xena internazzjonali taħt l-umbrella ta’ Tech.mt. Kumpaniji membri jibbenefikaw minn rati komplementari/speċjali fuq biljetti għal avvenimenti fiżiċi u virtwali magħrufa madwar id-dinja li Tech.mt tipparteċipa fihom/ tattendi. Termini u Kundizzjonijiet japplikaw.

03.

Agħmel il-kuntatti

Permezz ta’ numru ta’ Sponsorships u Opportunitajiet ta’ Networking inti ser ikollok il-possibbiltà li tkabbar u tiġġenera għarfien dwar id-ditta u dwar avvenimenti fost il-membri ta’ Tech.mt u terzi affiljati, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Permezz ta’ dawn l-opportunitajiet, il-membri ser ikollhom aċċess dirett għall-esperjenza u t-tagħrif ta’ membri oħra permezz ta’ materjal online u avvenimenti ta’ networking tan-negozji.

04.

Promozzjoni tad-ditta u ta’ avvenimenti

Opportunitajiet kontinwi sabiex tiġġenera għarfien dwar id-ditta fost in-network lokali u internazzjonali ta’ Tech.mt.

05.

Aċċess għal pjattaformi promozzjonali ta’ Tech.mt

Opportunitajiet biex tippubblika artikli dwar il-kumpanija fuq is-sit web/il-pjattaformi tal-midja soċjali ta’ Tech.mt u l-ġurnal uffiċjali ta’ Tech.mt, Tech.Mag.

06.

Ibqa’ Infurmat

Irċievi aġġornamenti settorjali regolari, gazzetti, u pubblikazzjonijiet dwar kwistjonijiet rilevanti fi ħdan is-setturi tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni f’Malta.

Eliġibbiltà

Nilqgħu applikazjonijiet minn kumpaniji/entitajiet jew individwi minn vertiċi differenti tal-industrija li jixtiequ jissieħbu fil-komunità tagħna, jipparteċipaw fl-inizjattivi tagħna u jappoġġjaw l-isforzi tagħna fil-promozzjoni ta’ Malta bħala Ċentru ta’ Għażla tat-Teknoloġija.

SFRUTTA L-BENEFIĊĊJI

Reġistrazzjoni

Politika dwar is-Sħubija

Tech.mt għandha d-diskrezzjoni unika biex taċċetta membri ġodda fuq bażi ta’ każ b’każ. Tech.mt tista’ tiddeċiedi li tisspospendi/tirrifjuta applikazzjoni, li tissospendi jew tkeċċi sħubija eżistenti, jekk il-membru (jew xi wieħed mill-eżekuttivi tiegħu) jiġi kkundannat b’xi mod għal kwalunkwe ksur materjali ta’ kwalunkwe liġi jew regolament applikabbli minn kwalunkwe Awtorità rilevanti, wara li jkun ġie eżawrit kwalunkwe dritt ta’ appell, fejn applikabbli.

Membru eżistenti jiġi sospiż jew imkeċċi jekk kwalunkwe waħda mil-liċenzji tiegħu tkun ġiet sospiża jew irrevokata minn kwalunkwe Awtorità rilevanti.

Il-Fondazzjoni ma hijiex marbuta li tippubblika jew li tikkomunika b’xi mod ieħor ir-raġunijiet għar-rifjut ta’ applikazzjoni ta’ sħubija, jew għas-sospensjoni jew tkeċċija ta’ membru eżistenti, u l-applikant/il-membru eżistenti jew kwalunkwe wieħed mid-diretturi/sħab eżekuttivi tiegħu ma jkollhom ebda dritt li jikkontestaw jew jisfidaw id-deċiżjoni ta’ Tech.mt.

Is-sospensjoni ta’ sħubija tista’ titneħħa meta tkun sodisfatta, b’evidenza suffiċjenti mressqa quddiemha, li l-membru jew id-diretturi/sħab eżekuttivi tiegħu aġixxa/aġixxew b’bona fide u li l-azzjonijiet tal-membru jew ta’ kwalunkwe wieħed mid-diretturi/sħab eżekuttivi tiegħu ma ħammġu r-reputazzjoni ta’ Malta bl-ebda mod.